Share |

Imħabba Akbar Minn Din

"Imħabba akbar minn din ħadd ma għandu, li wieħed jagħti ħajtu għal ħbiebu.”

Ġesù jagħti t-tifsira ta’ mħabba b’termini li juru azzjoni li tinvolvi sagrifiċċju aktar milli kliem ta’ emozzjoni. Hu qal: “Imħabba akbar minn din ħadd ma għandu, li wieħed jagħti ħajtu għal ħbiebu.” (Ġwann 15:13). Il-mod ta’ kif nittrattaw lill-ħaddieħor juri lid-dinja li aħna verament segwaċi ta’ Kristu. U għax Hu ħabbna l-ewwel, aħna nistgħu nestendu l-imħabba tagħna lill-ħaddieħor. Aktar u aktar lil dawk ta’ madwarna speċjalment lil dawk l-aktar għeżież — imħabba li trid issarraf f’azzjoni aktar milli fi kliem!

Erba’ Tipi ta’ Mħabba

Fil-lingwa tagħna nużaw l-istess kelma “imħabba” f’termini differenti (Jiena inħobb il-kelb, l-ispagetti, nivvjaġġa, it-tfal, ir-raġel eċċ.). Iżda fil-lingwa tat-Testment il-Ġdid insibu erba’ termini differenti li jesprimu l-aspetti diversi tal-kelma “imħabba”.

1. Eros din tinkludi passjoni jew infatwazzjoni kif ukoll imħabba sesswali jew romantika.

2. Storge din tirreferi għall-effett naturali bejn il-ġenituri u t-tfal tagħhom.

3. Phileo din tirreferi għall-ħbiberija ta’ bejn ħbieb intimi.

4. Agape din hija mħabba li tinvolvi sagrifiċċju — impenn li jimmotivana biex niċħdu lilna nfusna għal ġid ta’ħaddieħor. Din hija t-tip ta’ mħabba li Ġesù kellu f’moħħu meta kkmanda lis-segwaċi tiegħu biex iħobbu lil xulxin. Din għanda tkun it-tip ta’ mħabba li tiddomina fuq it-tipi l-oħra ta’ mħabba speċjalment fir-relazzjoni taż-żwieġ.

Il-Kmand ta’ Ġesù Dwar l-Imħabba

A. Dan kien kmandament ġdid: It-tagħlim ta’ Kristu lid-dixxipli tiegħu għolla l-istandard ta’ kif għandna nittrattaw lil ħaddieħor billi nħarsu l-ħtiġijiet tagħhom qabel tagħna. Għaldaqstant kull kopja għanda tqis l-interessi ta’xulxien important.
B. Ġesù għallimna biex inħobbu l-għedewwa tagħna: Dan ma jfissirx li għandu jogħġobna il mod ta’ kif jaġixxu jew jirraġunaw. Imma, aħna msejjħin biex inħobbu anke lil dawk li jopponuna. Ġesù kien jobgħod l-ipokressija tas-sarrafha tal-flus tat-tempju (Mattew 21:12-13) imma xorta waħda kellu kompassjoni għalihom, bl-istess mod li kellu fuq dawk kollha f’Ġerusalemm (Mattew 23:37-38).  
C. L-aktar karatteristika li għandha tispikka fin-nisrani għandha tkun l-imħabba: (Ġwann 13:34-35). F’ 1 Korintin 13:1 naqraw li jekk m’għandniex imħabba inkunu bħal platt tal-bronż iżarżar – ħoss xejn pjaċevoli, ħoss li jistona ħoss li jkisser l-armonija. L-armonija bejn l-aħwa hi tant important biex ir-relazzjoni ta’ bejnietna tkompli tissaħħaħ.
D. L-imħabba titlob is-sagrifiċċju. Aktar minn kliemna, l-opri tagħna għandhom ikunu motivati bl-imħabba t’Alla u juru l-imħabba t’Alla. (Efesin 5:2). Irridu inħallu ‘l Alla jimlina bl-imħabba tiegħu tant li din tkun tidher fl-egħmil tagħna.

Nitgħallmu Nħobbu Bħal ma Jħobb Ġesù

A. Mingħajr egoiżmu: Ġesù “ma ġiex biex iservuh, iżda biex iservi” (Mattew 20:28). L-imħabba tagħna m’għandhiex tkun ikkonċentrata fuq dak li ħaddieħor jista’ jagħmel għalina, imma kif nistgħu inkunu ta’ barka għal ħaddieħor.

B. Lesti li nagħdru: Ġesù kien jaf il-limitazzjonijiet tas-segwaċi tiegħu, u għal din ir-raġuni kien juri l-kompassjoni u jagħdirhom meta dawn kienu jonqsu. Jeħtieġ li aħna nuru l-istess konsiderazzjoni ma xulxin meta ikun hemm xi nuqqasijiet li forsi anke jdejquna. Irridu nitgħallmu nifhmu lil xulxin u r-raġuni tal-atteġament ta’ ħaddieħor. Biex nimxu wara l-eżempju ta’ Ġesù jeħtieġ nitgħallmu nħarsu lejn xulxin minkejja d-difetti li jista’ jkollna u xorta waħda nuru atteġament ta’ ħniena u mħabba lejn xulxin.

C. Lesti li naħfru: Hemm ħafna affarijiet li ħaddieħor jista’ jgħid li jġeġħluna nieħdu għalina jew anke noffendu ruħna. Il-maħfra mhix dejjem faċli, imma minn vera jħobb bl-imħabba ta’ Kristu isib is-saħħa biex jagħżel jaħfer bħal ma Kristu ħafer lilna dnubietna u ta’ ħajtu għalina. Mhux għax kien jistħoqqilna imma għax ħabbna filwaqt li konna għadna midinbin.

D. Lest li nagħmlu sagrifiċċju: F’ Mark 8:43, Ġesù qal, “Jekk xi ħadd irid jiġi warajja, irid jiċħad lilu nnifsu, jerfa’ salibu u jimxi warajja.” L-ogħla forma ta’ mħabba hi li tagħti ħajtek għal ħaddieħor. Imħabba li hi ġenwina dejjem titlob xi sagrifiċċu minna. Dan ma jfissirx li nservu ta’ tapit billi noqgħodu għal dak kollu li jintalab minna; imma għandna nfittxu li nagħmlu dak li tassew ikun ta’ benefiċċju fiċ-ċirkustanzi li nisabu fihom.

Imħabba Li Lesta Tissagrifika Ruħha:

1. Irġiel jew nisa jistgħu jirbħu lir-raġel jew lil mara tagħhom lejn Kristu bl-atteġament tagħhom li jkun nieqes mill-egoiżmu.

2. Ġenituri speċjalment l-ommijiet ikunu lesti li jwarrbu l-interessi tagħhom għal xi żmien biex jieħdu ħsieb it-trabi tagħhom u ulied żgħar.

4. Suldati u Pulizija jkunu lesti li jirriskjaw ħajjithom għall-pajjiż.

Jekk għadek ma esperjenzajx lil Kristu u l-imħabba tiegħu qatt mhu se t’esperjienza ferħ ġenwin u kuntentizza dejjiema f’ħajtek. Li nħobbu bil-mod li Kristu jħobb u li nesperienzaw l-Imħabba tiegħu f’ħajjitna din tgħina niffaċċjaw kull sitwazzjoni u tippreparana għall-ħajja futur tagħna miegħu. Imma filwaqt li qegħdin hawn fl-art irridu nagħmlu deċizjoni li nilqgħuh f’ħajjitna bħala s-Salvatur personali tagħna u li nservuh bħala s-Sid ta’ ħajjitna.

Ġieli forsi ngħaddu minn mumenti f’ħajjitna fejn inħossuna weħidna. Iżda niftakru li l-imħabba tal-Missier dejjem magħna jekk aċċettajna l-istedina tiegħu biex nilqgħu lil Ġesù bħala s-Salvatur tagħna u qegħdin nibnu relazzjoni personali miegħu. Mhemm xejn li jwettaqna daqs l-esperjenza tal-mħabba paterna tiegħu. Nersqu qrib t’Alla, u nħalluh jimlilna qalbna bl-imħabba perfetta tiegħu.
  View this article in PDF format Print article

Navigate through the articles
Previous article HOW CHRISTIANS SHOULD DEAL WITH SUFFERING How Christians Overcome Worldliness Next article
 
The comments are owned by the poster. We aren't responsible for their content.

Verse of the Day

The Vision

Live Seed Christian Centre exists to make known the Biblical truth of the Father-heart of God through preaching, teaching, and demonstrating the power of God in order that lives are transformed.

Meeting Times

Sunday: 10.30 am: Worship Service
Tuesday: 9.00 am - 1 pm: Prayer for Malta
Wednesday: Revival Prayer Meeting
Specials: Global University Course  
Mondays @ 7.30pm
Meeting Place: 310 Triq L-Imdina - Qormi,  
QRM 9014