Share |

TALBA GĦAL GĦARFIEN SPIRITWALI

A Prayer for Spiritual Knowledge - Efesin 1:15-23

Pawlu qiegħed jikteb dwar “il-fidi fil-Mulej Ġesù” u “l-imħabba lejn il-qaddisin kollha” ta’ dawk li kienu jemmnu – il-Kristjani!

Il-kelma “smajt” tissuġerixxi li l-appostlu ma kienx jaf personalment lil ħafna minn dawk li kienu qed jirċievu din l-ittra.

Pawlu jorbot il-vrus li ġejjin bil-kelma Griega hina (kelma qawwija ħafna li tesprimi riżultat jew skop) - “għalhekk,” din segwita bil-verb doe li t-ton tiegħu jindika xewqa. Ix-xewqa ta’ Pawlu kienet dawn jagħrfu l-barkiet li għandhom fi Kristu. Pawlu bħal li kieku qed jgħid, “Issa li aħna parti mill-Knisja ppredestinata tat-Testment il-Ġdid, x’jonqosna?”

Għarfa Sħiħa Tiegħu – vs. 17-19

Ix-xewqa ta’ Pawlu kienet li kull kristjan jagħraf b-mod sħiħ dak li rċieva fi Kristu. It-Talba tiegħu kienet li Alla jkompli jsawab fuq dawk li jemmnu d-don ta’ l-Ispirtu s-Santu li lu Hu kien diġa tahom, bir-riżultat li jkollhom aktar għerf u rivelazzjoni dwarhu.

Dan hu biss possibli bl-għajnuna ta’ l-Ispirtu s-Santu. Għalkemm il-kelma “spirtu” m’għandiex l-artiklu quddiema imma fit-test Grieg, bla dubbju tirreferi għall-Ispirtu s-Santu, dak li jgħin lil Kristjan jikber spiritwalment.

Pawlu talab li “l-qalb” jkollha għajnejn li bihom tħares lejn Kristu. Wara li għamel ċar l-iskop tat-talba tiegħu, Pawlu jurina tlett ħwejjeġ importanti ħafna u essenzjali għal maturità Kristjana:

1. It-Tama tas-Sejħa Tiegħu

F’vers 14 Pawlu jispjega li fis-salvazzjoni l-Kristjan jirċievi biss kapparra ta’ dak kollhu li Alla wegħdhom. Attitudni vera ta’ tama tixxenaq u tistenna l-Alla li jwettaq il-wegħdiet kollha Tiegħu.

2. Il-Wirt Tiegħu Qalb il-Qaddisin

Il-Bibbja titkellem ħafna dwar il-wirt li Alla wiegħed lil-poplu Tiegħu, imam f’dan il-vers insibu li qiegħed jitkellem dwar “il-wirt Tiegħu…” Minkejja li Alla huwa l-ħallieq ta’ kollox Hu jixxenaq għat-tifħir tal-poplu Tiegħu (vs.6, 12, 14). Meta nagħrfu li aħna l-unika ħlejqa tal-ħolqien t’Alla li nistgħu nagħtuh glorja minnħabba l-fatt li esperjenzajna s-Salvazzjoni (Rivelazzjoni 5:9, 10), dan għandu jkun motivazzjoni qawwija għal maturità spiritwali.

1. Il-Kobor tas-Setgħa Tiegħu Għalina li Nemmnu

Biex jispjega kemm hemm qawwa aċċessibli għal dawk li jemmnu, Pawlu juża erba’ termini differenti fil-lingua Griega f’dan il-vers. “Setgħa” (dunamis), abiltà, kapaċità, potenzjal. “Hidma” tiġi mil-kelma Griega minn fejn inġibu l-kelma energija (energeia) u tindika “qawwa li topera jew taħdem.” “Setgħa” (kratos) tirreferi għal “qawwa murija jew manifestata.” U fl-aħħar net il-kelma, “Qawwija” (ischus), din hija “dota ta’ qawwa” jew “il-pusses ta’ qawwa.”

Din il-qawwa topera dejjem “fi Kristu.” Fi ftit kliem, il-Kristjan ma jistgħax jgħamel dak li jidirlhu hu b’din il-qawwa imam jrid jikkonforma mad-direzzjoni mogħtija minn Kristu, il-kap tal-Knisja. L-eżerċizju ta’ din il-qawwa jitlob fidi kontinwa fi Kristu Ġesù, hekk kif emmina fih fil-konverżjoni tagħna.

Il-qawmien mill-mewt ta’ Kristu hija l-akbar manifestazzjoni qawwija tas-setgħa t’Alla. “Qiegħdu n-naħa tal-lemin Tiegħu stess” turi l-posizzjoni ta’ awtorità li Hu għandu.

Naraw kif Pawlu jiddeskrivi il-progress tal-qawwa t’Alla aċċessibli għal kull Kristjan biex dan jikber fi Kristu.

1) Nagħrfu l-bżonn tal-qawwa f’ħajjitna

2) Il-qawwa trid tiġi operata permezz ta’ Ġesù Kristu.

3) L-ezempju tal-qawwa t’All – Il-qawwmien mill-mewt ta’ Kristu
  View this article in PDF format Print article

Navigate through the articles
Previous article IL-MESSAĠĠ TAGĦNA DWAR ID-DNUB A STRONG TOWER: THE NAME OF THE LORD JESUS CHRIST Next article
 
The comments are owned by the poster. We aren't responsible for their content.

Verse of the Day

The Vision

Live Seed Christian Centre exists to make known the Biblical truth of the Father-heart of God through preaching, teaching, and demonstrating the power of God in order that lives are transformed.

Meeting Times

Sunday: 10.30 am: Worship Service
Tuesday: 9.00 am - 1 pm: Prayer for Malta
Wednesday: Revival Prayer Meeting
Specials: Global University Course  
Mondays @ 7.30pm
Meeting Place: 310 Triq L-Imdina - Qormi,  
QRM 9014