Share |

IL-MESSAĠĠ TAGĦNA DWAR ID-DNUB

Ġenesi 2:7-9; 15-17; 3; Ġakbu 1:14-15 Għax ħlas id-dnub hi l-mewt. Rumani 6:23a

Id-dnub huwa disobbidjenza lejn Alla jew billi nagħmlu dak li Hu ma jridniex nagħmlu jew billi nonqsu milli nagħmlu dak li ordnalna biex nagħmlu.

Illum se nħarsu lejn il-Messaġġ Evanġelistiku. Kemm hu mportanti għalik? Uħud jippriedkawh, uħud jgħallmuh, u oħrajn jaqsmuh f’xi konverżazzjoni tagħhom, imma l-mesaġġ għandu jkun wieħed u l-istess. Kull Kristjan irid ikun messaġġier t’Alla; u għalhekk, jeħtieġ li lkoll nitgħallmu sewwa l-messaġġ evanġelistiku.


L-ewwel nett, irridu nifhmu n-natura tad-dnub u l-effetti tiegħu biex b'hekk inkunu nistgħu niġġieidu kontrieh f'ħajjitna u fil-ministeru tagħna. Meta nagħrfu x'kienet il-kundizzjoni tagħna fid-dnub dan jgħina nsibu l-grazzja fina billi nappretżaw il-ħelsien li Kristu tana. Ikollna aktar ħniena għan-nies ta’ madwarna u nitolbu għalihom aktar hekk kif nifmhu aħjar il-ħsara li d-dnub qiegħed jagħmilhom. Hekk kif nitgħallmu dak li l-Bibbja tgħallem dwar id-dnub, l-Ispirtu s-Santu jkun jista' jużana aħjar meta jkollna x'naqsmu ma' problemi spiritwali tan-nies.

Fl-evanġeliżmu nippreżentaw lil Ġesù Kristu bħala Salvatur — imma min irid salvatur? Dawk biss li jgħarfu li huma fil-periklu u ma jistgħux isalvaw lilhom infushom. Passiġġieri fuq vapur ma jkunux iridu jħallu l-vapur biex jirkbu d-dgħajjes tas-salvataġg sakemm dan ma jkunx se jegħreq. U n-nies li jgħixu fid-dnub mhumiex interessati li jduru lejn is-Salvatur sakemm ma jintebbħux bil-bżonn tagħhom li jsalvaw. Ħafna min-nies li qegħdin jipprovaw jgħixu ħajja tajba lanqas biss jafu li huma midinbin għax ma jifmhux x'inhu d-dnub. Għalhekk, parti mix-xogħol tagħna ħuwa li nuruhom fil-Kelma t'Alla x'inhu d-dnub u x’iġri lil dawk li ma jaċċettawx lil Ġesù Kristu s-Salvatur.

I. Ngħidu lin-Nies X'inhu d-Dnub

A. Marda tar-Ruh

1) Moħħ – Ħsiebijiet ħżiena
2) Rieda – Pjanijiet ħżiena
3) Emozzjonijiet – Azzjonijiet ħżiena

B. Ċaħda t'Alla

1) Nuqqas ta' Twemmin tal-Verità
2) Indifferenza għall-Imħabba t’Alla
3) Ribelljoni kontra l-Awtorità [Il-bniedem warrab l-Awtorità t'Alla, ħada kontra t-tmexxija Tieghu, u ddikjara lilu nnifsu indipendenti]


II. Nuru lin-Nies il-Bżonn Tagħhom

A. Nuruhom il-Htija Taghhom

B. Nuruhom il-Periklu Tagħhom


1) Separazzjoni minn min iħobbhom
2) Żbal — Deċiżżjonijiet ħżiena
3) Nuqqas ta' Kuntentezza
4) Skjavitù tad-dnub
5) Ġudizzju t’Alla
6) Mewt spiritwali

1. Irridu naghrfu u nistkerrħu d-dnub.

2. Niddeterminaw ruħna li-niġġieldu kontra d-dnub f'ħajjitna u nagħmlu dak li nistgħu biex ngħinu lil ħaddiehor jinħeles mill-ħakma tiegħu.

3. Nagħrfu b'mod aktar ċar il-kundizzjoni tan-nies mitlufa ta'madwarna, nitolbu ghalihom b'aktar ħeġġa, u hekk kif insibu l-opportunità nuruhom il-bżonn tagħhom
  View this article in PDF format Print article

Navigate through the articles
Previous article FOUR HINDRANCES TO PERSONAL REVIVAL TALBA GĦAL GĦARFIEN SPIRITWALI Next article
 
The comments are owned by the poster. We aren't responsible for their content.

Verse of the Day

The Vision

Live Seed Christian Centre exists to make known the Biblical truth of the Father-heart of God through preaching, teaching, and demonstrating the power of God in order that lives are transformed.

Meeting Times

Sunday: 10.30 am: Worship Service
Tuesday: 9.00 am - 1 pm: Prayer for Malta
Wednesday: Revival Prayer Meeting
Specials: Global University Course  
Mondays @ 7.30pm
Meeting Place: 310 Triq L-Imdina - Qormi,  
QRM 9014